In-narratur fuq il-paġna Ftit Minn Kollox fetaħ qalbu dwar l-emozzjonijiet li qed iħoss minħabba li ħabib tal-qalb tiegħu ħalla din id-dinja wisq kmieni.

Kiteb, “Ftit ilu tlift ħabib tal-qalb tiegħi. Il-mewt tiegħu ħasditni, għax ma kinitx mistennija, u għadni s'issa taħt xokk. Temm il-vjaġġ tiegħu f'din id-dinja qabel iż-żmien. Kien jistinka għax kellu ħafna ħolm, iżda issa kollox spiċċa. Fadal biss il-memorji sbieħ tiegħu. Qiegħed dejjem naċċetta li f'din id-dinja xejn mhu għal dejjem, u li l-memorja ta’ dak li nesperjenzaw li tibqa'.”

Żied jgħid, “Ħafna drabi nagħżlu li naqsmu ħajjitna ma’ nies li nħobbu. Magħhom naqsmu l-ħolm, il-ħsibijiet, il-ferħ, il-weġgħat, il-biżgħat u ħafna emozzjonijiet oħra.  Iżda meta ħajjitna jkollha tkompli għaddejja mingħajrhom, tweġġagħna wisq. Ma nħossux biss in-nuqqas tagħhom, iżda n-nuqqas ta' dak li konna qed nibnu u nesperjenzaw flimkien.  Mhux l-ammont ta' ħin li nkunu qattajna magħhom li jgħodd, iżda l-mumenti sbieħ li għexna magħhom, u li ġegħluna nikbru.”

Temm kliemu billi kiteb, “Din l-imħabba tibnina, issaħħaħna u tibqa’ ġewwa fina. Inħobbok għal dejjem Kyle.”

Facebook / Ftit minn kollox


Gabriella Borg