TA' GERIT, produzzjoni maħbuba ħafna mit-telespettaturi Maltin u Għawdxin, u li kontinwament qed tkompli tiżviluppa l-istorja tagħha. Biċċa xogħol maħduma b'uħud mill-aqwa atturi lokali, mżewqa ma' talenti oħra, fosthom il-kitba stupenda ta' Desier Debono.
Din il-ġimgħa, sewwa sew fl-episodju t'għada, se jitfaċċa l-kappillan. Il-karattru huwa maħdum mill-attur Lino Mintoff. Lil Lino rajnih f'bosta produzzjonijiet popolari matul is-snin fosthom Ipokriti u Dejjem Tiegħek Becky.
X'ser ikun l-involviment tal-kappillan fl-istorja ta' Gerit? Kollox ikompli għada t-Tlieta fid-20:50 fuq TVM.
