Waqt il-programm ta' AWLA tal-bieraħ, li jixxandar fuq ONE, tkellmu l-missirijiet u l-ulied. Missirijiet li huma personalitajiet magħrufa u maħbuba sal-lum il-ġurnata, u li jitkellmu dwar il-karriera professjonali u l-familja.

L-attur Joe Borg isemmi dwar kemm il-karriera tiegħu ta' attur ħaditlu ħafna ħin minn ħajtu.

"Stqarrija li se nagħmel, li t-tfulija ta' uliedi tliftha kollha... imnalla sibt is-sapport kbir u enormi tal-mara, għax jien dejjem niġri bil-provi eċċ. L-iskop kien tajjeb għax ħafna mill-attivitajiet li kont ninvolvi ruħi fihom jien kienu filantropiċi u spiritwali... it-tfal tilgħin, kibru u ma rajthomx."

Joe ikompli, "Lilhom qatt ma pruvajtilhom biex jipparteċipaw fid-drama, mhux b'egoiżmu... jeħodlok ħafna ħin u sagrifiċċju biex tferraħ lil ħaddieħor."

Segwi l-intervista ta' Joe, u l-programm ta' AWLA tal-bieraħ HAWN

Facebook/ Alison Abela


Kyle Zarb