Fuq il-paġna uffiċjali tas-sensiela TA' GERIT, t-tim kiteb messaġġ biex jirringrazzja lit-telespettaturi dejjem leali li għadhom sal-lum isegwu din l-istorja. Jidher li s-sensiela qed toqrob lejn it-tmiem tagħha wkoll.
"Qed noqorbu lejn l-aħħar, ħbieb. Fadal biss tliet ġimgħat. Għal nhar it-tlieta li ġej," jikteb it-tim. Ixerrdu anke ritratti meħudin mill-aħħar episodji li xxandru. Bosta kkummentaw dwar kemm qed jieħu gost isegwu din is-sensiela u kemm ikunu qed jistennewha.
Din is-sensiela tassew serqet il-qlub tat-telespettaturi Maltin u Għawdxin!