Wara l-eliminazzjoni ta’ Gabriel u Diane, bħalissa hemm sitt koppji iffurmati fil-villa ta’ Love Island Malta. Ilbieraħ, magħhom ingħaqdu wkoll Nathan u Anthea, li ovvjament s’issa għadhom waħedhom. It-telespettaturi ngħataw iċ-ċans li jivvutaw għall-koppja favorita tagħhom s’issa.

Dan huwa l-ewwel vot ta’ dan it-tip li qed isir din is-sena, bil-għan li niskopru liema koppja hija l-aktar favorita mal-pubbliku. Żgur li s-sitt koppji se jieħdu gost jekk jisimgħu li huma fost il-favoriti, għax dan jista’ jpoġġihom f’pożizzjoni tajba biex jirbħu din l-edizzjoni. Madankollu, dan jista’ wkoll iżid il-pressjoni fuqhom – kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa l-villa, inkluż mill-parteċipanti l-oħra.

Għalkemm għadu mhux magħruf x’jistgħu jkunu l-benefiċċji għal dawk li jkunu l-aktar favoriti, jew jekk hux se jkun hemm effetti negattivi għall-inqas ivvutati, telespettaturi żgur li se jkunu ħerqana jaraw ir-riżultati u x’qed taħseb il-pubbliku dwar il-koppji.

Għandek xi koppja favorita?

Facebook / Love Island Malta


Emil Calleja Bayliss