"Fox terriers, fox terriers, u iktar fox terriers ..." kitbu l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati (AAA) fuq Facebook.

Komplew, "Is-santwarji mimlijin bihom. U hawn oħra, li għadna qatt ma ktibna dwarha. Mela ħa ntuha ċans."

Spjegaw, "Jisimha Lara u għandha inqas minn ħames snin. Hija msewwija, ħadet it-tilqim, u sarilha t-trattament kontra d-dud u l-qamel, u hija kelba tassew ħelwa."

L-AAA talbu għall-appoġġ tal-pubbliku biex ikunu jistgħu jkomplu jgħinu lil Lana u lil sħabha kollha fis-santwarju. Tista' tappoġġjahom permezz ta':

  • Paypal - [email protected]
  • SMS
    • 50617350 - €2.33
    • 50618060 - €4.66
    • 50618910 - €6.99
    • 50619200 - €11.66
  • BOV Mobile - 79730921

Bradley Cachia