Artisti u kittieba tal-kanzunetti Maltin qed jingħataw l-opportunità li jiltaqgħu, jaqsmu l-ideat u jaħdmu ma’ kittieba tal-kanzunetti internazzjonali waqt it-tieni edizzjoni ta’ The Malta Eurovision Song Contest Music Exchange Camp.

Il-proċess kreattiv se jinvolvi għaqda bejn kulturi u ideat bil-għan li jinħolqu kanzunetti awtentiċi Maltin għall-Eurovision Song Contest.

Matul sitt ijiem ser ikunu qed jinħolqu mas-60 demo. L-artisti rispettivi mbagħad jistgħu jagħżlu li jkomplu jiżviluppaw id-demos tagħhom bħala parti mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-MESC 2025.

Permezz ta’ The Malta Eurovision Song Contest Music Exchange Camp, l-artisti kollha qed jingħataw l-opportunità li jkomplu jiżviluppaw il-karrieri tagħhom fl-industrija tal-mużika ma' awturi u kompożituri internazzjonali.

Idħol HAWN għal aktar dettalji.


Kyle Zarb