Il-kantant lokali Fabrizio Faniello kiteb erba' kelmiet dwar it-tnedija tal-kanzunetta Sal-Aħħar Nifs, flimkien ma' oħtu Claudia u ma' Leuellen. 

"Kont ilni ma nara lil Bjorn Formosa , u dakinhar tar-recording ta' Sal-Aħħar Nifs ġdida, ġie u b'nifsu maqtugħ u b'diffikultà kbira biex jitkellem qalli; Grazzi. Grazzi lilek Bjorn ta' kemm tgħin lin-nies minkejja li int qed tbati."

Fabrizio jkompli, "Kburi li din il-kanzunetta rawha aktar minn 100K persuna fuq Facebook... Ejja ngħinu lil DAR Bjorn." Xerred anke ritratt meħud fl-istudio meta kienu qed jaħdmu fuq il-kanzunetta.

Prosit mill-ġdid!

Facebook/ Bjorn Formosa


Kyle Zarb