Ferraracasa, isem rinomat sew fix-xena lokali, negozju li jmur lura għas-snin Sebgħin u dejjem mexa minn ġenerazzjoni għall-oħra. In-negozju kienu bdewh Louis Francica u ħuh Pawlu Francica, fejn tul is-snin mexa għand ulied Louis, u llum il-ġurnata tmexxih in-neputija ta' Louis. Tliet ġenerazzjonijiet, ilkoll bl-istess passjoni. Passjoni li wieħed jagħrafha wkoll fis-slogan tagħhom, "L-isbaħ mumenti tgħixhom id-dar."

L-ewwel ħanut tagħhom kien proprju fil-Ħamrun fejn kienu jbiegħu affarijiet tad-dar - il-ħanut kien iġorr l-isem tal-familja Francica. Minn hemm dejjem raw kif ħa jkomplu jikbru u jilħqu lill-klijent bl-aħjar mod possibbli. Infatti fil-bidu ta' din is-sena, fetħu fl-istabbiliment il-ġdid tagħhom ġo Valley Road f'Birkirkara.

Ferraracasa huma magħrufa għall-fatt li jipprovdu lill-konsumatur b'ħanut fejn jistgħu jsibu kull tip t'għamara li wieħed ikollu bżonn għad-dar tiegħu. It-tim ta' konsulenti li għandhom fil-ħanut tagħhom jgħinu lill-klijent b'mod professjonali sabiex jibni stampa ċara ta' dak li jrid, b'mudelli 3D skont il-baġit u l-bżonnijiet tiegħu. Meta wieħed jinqeda mingħand Ferraracasa jista' jassigura ruħu li qed jirċievi l-aqwa servizz fis-suq lokali b'customer care b'saħħtu - kemm waqt li l-konsumatur qed jiddeċiedi x'jixtieq, kemm meta jordna u jirċievi l-prodott u anke wara.

Bħala prodotti huma joffru għamara varjata u anke kmamar kompluti, bħal kċejjen, kmamar tas-sodda, kmamar tal-ikel - inkluż siġġijiet u mwejjed, u anke l-famuża living room fejn joffru għażla vasta ta' sufani u TV units. Kull min jixtieq jimla d-dar tiegħu bi prodotti ta' kwalità għandu jirrikorri għand Ferraracasa, għandhom xi ħaġa għall-gosti ta' kulħadd. Ferraracasa jagħmluha ċara li l-prezzijiet tagħhom jirriflettu l-prodott u l-prezz jaqbel mal-kwalità offruta.

Minn din is-sena, Ferraracasa fetħu ġewwa Valley Road f'Birkirkara, fejn għandhom showroom akbar, b'xelta aktar varjata biex juru l-klijenti dak li qed joffru. Bħalissa għaddejjin ukoll minn rebranding fejn jixtiequ juru t-tkabbir u l-eleganza tal-brand tagħhom. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jagħmel kuntatt magħhom fuq 2713 4764 jew inkella jżur il-paġna ta' Facebook tagħhom billi jidħol HAWN jew is-sit tagħhom www.ferraracasa.com.mt

Jekk tixtieq li ssebbaħ id-dar tiegħek bi prodotti ta' kwalità u servizz mill-aqwa, l-għażla tiegħek għandha tkun Ferraracasa.


Gwida.mt