Tax-Xiber Bakery ġewwa Għawdex ħabbru fuq il-midja soċjali li llum uffiċjalment huwa l-aħħar jum tagħhom hekk kif ser ikunu qed jagħlqu l-bibien. Ċertament din kienet aħbar li bosta ddispjaċihom li qed jisimgħu, u ser jinħass in-nuqqas.
“U l-bieb jingħalaq għall-aħħar darba”, ħabbru permezz ta' din il-post il-furnara minn Tax-Xiber Bakery fuq il-midja soċjali.
Huma jirringrazzjaw lill-klijenti kollha għall-appoġġ tagħhom matul is-snin. Mir-ritratti li tpoġġew, il-furnara jidhru qed jaqsmu dan il-mument flimkien u jiċċelebraw it-tmiem ta’ era hekk kif jaqsmu kejk bil-kliem 'Happy Retirement'.
Wara ħafna snin ta’ servizz, kien wasal iż-żmien li s-sidien ta' Tax-Xiber igawdu l-irtirar mistħoqq tagħhom. Ħafna kkummentaw biex jawgurawhom l-aħjar u jesprimu li se jinħass in-nuqqas tagħhom.
