Fl-intervista li ser tiġi ppublikata fuq ir-rivista GWIDA nhar il-ĦADD li ġej ser niltaqgħu ma’ Joseph Calleja. Lil Joseph staqsejnieh diversi mistoqsijiet fosthom x’jaħseb mir-reklam li reġa feġġ dan l-aħħar fuq Bernard Grech.

F’dan ir-reklam, Joseph ikun fuq l-ajruplan tal-Air Malta u f’daqqa iqum żagħżugħ ikanta. Sadanitant iqumu aktar persuni fosthom l-avukat Bernard Grech.

“Lil Bernard ma tantx nafu, niftakru jekk mhux sejjer żball ġo kor u f’dak ir-reklam ċar daqs il-kristall!” jgħidilna Joseph. Għal dak ir-reklam kienu qamu fis-sagħtejn ta’ filgħodu u ffilmjaw ġo ajruplan stess.

Skont Joseph Bernard għandu vuċi sabiħa ħafna. Imma x’jipreferi Bernard it-tenur jew il-politikant? Ara x’qal fil-filmat ta' fuq.

Andrew Borg Carbott (Filmat u Ritratt)


Anthony Baldacchino