It-teknoloġija tibqa’ tavvanza b’rata mgħaġġla ħafna, tant li bilkemm nindunaw bit-tibdil jew napprezzawha biżżejjed. Issa drajna b’teknoloġiji li jagħmlulna ħajjitna aktar faċli u ma tantx nagħtu kas.
Madankollu filmat li qed jiċċirkola online, jaqbad il-mument ħelu li anzjana tiskopri l-lampa tat-touch waqt li kienet fuq mejda ta’ restorant fi Franza. Il-filmat juri l-anzjana tixgħel u titfi l-lampa, mistagħġba mit-teknoloġija filwaqt li tieħu gost.
Fil-filmat hi tinstema’ tgħid, “xi ġmiel!”
Araw dan il-filmat hawn taħt.
Instagram/Pubity