Il-Covid-19 laqtet anke l-produzzjonijiet telviżivi tant li wieħed minnhom; Division 7 li huwa ferm popolari kellu jitkompla f'April li għadda imma ġie pospost.

Dan huwa staġun numru 8; l-aħħar staġun minn Division 7.

Wara li l-Brimbu spiċċa biex qatel ħafna nies, tgħid kif ser tkompli l-istorja? Franġisku ser jinqabad bil-qtil kollu li għamel jew ser jinżammu kollox sigriet? U kif ser teħodha t-tfajla tiegħu la ssir taf il-verità? Tgħid Amir jingħaqad lura ma' ibnu u t-tfajla tiegħu? Nistennew u naraw!

Jidher li hemm antiċipazzjoni kbira għalih u bosta telespettaturi qed jistennewh bil-ħerqa.

Ritratt: Facebook/ Division 7


Clifford Galea