Waqt Sibtek Claudia Faniello kellha tliet personalitajiet maħbuba immens fix-xena tal-ispettaklu, u waħda minnhom kienet l-attriċi Marceline Galea. Fost l-affarijiet li ssemmi, tirrakkonta meta darba waqt open day ta' Division 7, waħda mara ħasbitha kantanta Maltija li kantatilha fit-tieġ.
"Ġiet waħda mara fuqi qaltli ħa nieħdu ritratt... ġabret il-familja, u sakemm qegħdin mgħannqin nieħdu r-ritratt, qaltli, 'kemm ħadna gost hux it-tieġ'. Jien għidtilha, 'liema tieġ?... 'fakkarni.' Qaltli, 'kantajtli fit-tieġ tat-tifla', għidtilha, 'le ħi jien ma nkantax fit-tiġijiet!'"
Marceline tkompli li mhix ċerta min ħasbitha, imma jista' jkun li fixklitha ma' Claudia. "Ma qaltlix min kienet qed taħsibni, ma azzardajtx nistaqsiha." Segwu aktar fl-intervista: