Fuq instagram, il-kantanta Għawdxija tellgħet filmat fejn tgħid li tinsab grata u tirringrazzja lil kulħadd tas-sapport. Hi tistqarr li rat il-wirja tagħha u tgħid li tinsab kuntenta b'dak li hi u t-tim tagħha għamlu.

Minkejja li ma għadditx għall-finali tistqarr li għaliha l-iktar ħaġa importanti kienet li tagħti wirja li tħares lura u tgħid li kienet sodifatta u kienet kburija bil-mod ta' kif kienet il-wirja tagħha. Tgħid li temmen li dan laħqitu, anke meta hi tikkritika lilha nnifisha daqstant.

Is-sapport, l-imħabba u l-messaġġ kollha li rċeviet huma tal-bligħ u tassew grata. Tapprezza l-fatt li kulħadd baqa' jappoġjaha. Hi tagħlaq billi tgħid għandha sorpriża għas-segwaċi kollha tagħha aktar tard illum!

X'inhu ġej?


Emil Calleja Bayliss