Il-laqgħa tal-kabinett bdiet fuq nota pożittiva. Dan hekk kif illum huwa l-jum speċjali tal-Ministru għall-Fondi Ewropej, Djalogu Soċjali u Ħarsien tal-Konsumatur Chris Fearne, jum għeluq sninu, u l-membri kollha tal-kabinett iddeċidew li jagħtuh sorpriża billi jippreżentawlu kejk u jawgurawlu flimkien.

Il-Prim Ministru ta' Malta Dr. Robert Abela ppubblika filmat ħelu fuq il-profil tiegħu li juri l-mument xħin awgurawlu flimkien fil-bidu tal-laqgħa. Dr. Abela jikteb, "L-ewwel item fuq l-aġenda tal-Kabinett xejn ma kien kontroversjali!… Awguri Chris!"

Lil Chris nafuh bħala tabib professjonali kif ukoll għal ħafna żmien Ministru tas-Saħħa. Fit-3 ta’ April, 2023, Fearne ġie nnominat għal president tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa. 

F'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawguraw lil Chris Fearne l-isbaħ xewqat!


Kyle Zarb