F’wieħed mill-aħħar programmi ta’ Sibtek, Christian Micallef, il-preżentatur ta’ diversi programmi dwar l-isport, irrakkonta l-istorja ta’ kif iltaqa’ ma’ Buffon fil-lift. Xi 15-il sena ilu, meta ġew il-Juventus Malta, Replay, il-programm li jaħdem fih Christian kien għamel programm speċjali mil-lukanda ta’ fejn kienu qegħdin joqogħdu l-plejers tal-Juventus.

Christian kellu bżonn imur ibiddel, u daħal fil-lift. F’ħin minnhom dal-lift waqaf, infetaħ, u jidħol Buffon! “Daħal bil-kalma kollha Buffon fil-lift, u konna jien u Buffon inħarsu lejn xulxin” qal Christian. Ovvjament Christian ried ikellmu, iżda beda jistħi wisq. Ftit wara, Buffon mar fl-istudio ta’ Replay għall-programm, u nduna li dak ir-raġel li kien fil-lift, kien l-istess wieħed li se jintervistah!


Nicole Zammit