Waqt il-programm satiriku Min Imissu? kienu mistiedna l-atturi popolari waqt Simpatiċi, Kurt Castillo u Rachel Micallef. Rachel irrakkuntat waħda mill-episodji bombastiċi li għaddiet minnhom waqt żjara ġewwa l-Vietnam.

Waqt Min Imissu? daħlet Vjetnamiża tgħajjar lil Rachel dwar xi ħaġa li għamlitilha, u Rachel ftakret minnufih dwar il-famuża mara ssuq ir-rota li kienet ħarġitilha fin-nofs u spiċċat biex ma laħqitx waqfet.

"Jien ma stajtx nieqaf... bdejt ngħidilha 'ersaq min-nofs!'...bqajt dieħla ġo fiha u qas bott wieħed ma kien fadlilha." Rachel tirrakkonta x'għamlet malli din il-mara spiċċat ġol-ilma. Segwi aktar hawn taħt:


Kyle Zarb