F’post fuq Facebook, Gloriana Arpa Belli awgurat l-isbaħ xewqat lil ommha Helen Micallef f’għeluq sninha. hi kitbitilha messaġġ mill-isbaħ fejn irringrazzjatha talli dejjem kienet hemm għalihom u tagħmel minn kollox biex tarahom ferħana.

"Grazzi ta' kulma tagħmel magħna lkoll. Inħobbuk bla qis u bla kundizzjoni... Għażiża ommi," kitbet Gloriana. Xerrdet anke wirja li kienu taw flimkien waqt il-programm Sibek madwar 10 snin ilu, fejn kantaw il-kanzunetta Tell Him.

Il-kummenti f’dan il-post ilkoll qablu kemm Helen hija tassew mara b’qalbha tad-deheb fost l-awguri li kitbulha. Helen, li twieldet fit-8 ta’ Mejju tal-1950, kienet irrappreżentat lil Malta flimkien mal-mibki Joe Cutajar fil-Eurovision tal-1972 bid-diska L-Imħabba.

Awguri mill-qalb Helen!

Facebook/ Elaine Sammut


Kyle Zarb