L-ewwel kantanta li rebħet il-Junior Eurovision Song Contest f'isem Malta, Gaia Cauchi, bħalissa tinsab ġewwa Londra taħdem fuq materjal oriġinali. Hi għandha madwar xahar ġewwa Londra, fejn qed tesprimenta bil-mużika tagħha u tkompli toħloq aktar u aktar materjal oriġinali.

Gaia, kif semat li se jkun hemm il-party annwali f'Londra ddeċidiet li tmur sabiex tara l-atmosfera u anke tkun ta sapport għall-kantanti Maltin li kienu mistednin ikantaw. Barra Sarah Bonnici li qed tirrappreżenta lil Malta, kien hemm Greta Tude u Matt BLXCK mistiedna biex jagħtu l-wirjiet tagħhom.

Kif l-orgnizzaturi tal-avveniment lemħu lil Gaia fl-udjenza xtaqu li jinvolvuha b'mod jew ieħor. Gaia kienet l-ewwel Maltija li rebħet il-Junior Eurovision u ċertament li poġġiet lil pajjiżna fuq il-mappa. Huma talbuha biex tippreżenta lill-kantanta li din is-sena qed tirrappreżenta lil Malta.

Hawn taħt tistgħu taraw il-filmat ta' dan il-mument. Qsamna magħkom ukoll xi ritratti mill-avveniment li ħadet Gaia ma' artisti li qed jikkompetu din is-sena fil-Eurovision Song Contest.


Emil Calleja Bayliss