Il-baritonu Malti-Għawdxi Charles Buttigieg mistenni jipparteċipa fl-Operalia 2021, kompetizzjoni prestiġjuża ferm.

"Jien ferħan li qed nipparteċipa f'din il-kompetizzjoni kbira u mill-aqwa mal-leġġenda l-kbir tal-opra Placido Domingo," qal Charles fuq il-midja soċjali. L-Operalia mistennija sseħħ bejn it-18 u l-24 ta’ Ottubru fit-Teatru Bolshoi ta’ Moska.

Charles ilu jistudja l-Vuċi ma' Juliette Bisazza. Nawguraw lil Charles l-isbaħ xewqat għall-kompetizzjoni!


Emil Calleja Bayliss