Terry ta’ Bormla, magħrufa wkoll bħala z-zija TT, għadha kif żvelat aħbar ta’ dieqa lil kull min isegwiha fuq il-midja soċjali.

“B'dispjaċir kbir u bid-dmugħ f'għajnejja qed niktbilkom dal-messaġġ,” bdiet hi. “Għal raġunijiet personali u wara diversi ħsibijiet ħa jkolli nħabbrilkom li jien ħa nitlaq minn Bormla.”

Hi kitbet ukoll li Bormla hu l-post li tant għandha għal qalbha. Żvelat li issa se tmur tgħix Ħal Qormi, n-naħa ta’ San Bastjan. “Naf li hawn min ħa jieħu gost li Terry daqshekk ħa toqgħod Bormla,” kitbet hi.

Iżda kemm hawn min ha jimmisja lil Terry toqgħod f’Bormla?

Facebook/Terry Ta' Bormla


Nicole Barbara