Il-paġna aġġornament tat-temp ħarġet informazzjoni dwar bidla li seħħet fl-aħħar ħin. Jidher li ħa jkollna riħ qawwi u b'hekk talbu lin-nies biex joqogħdu attenti għal dak li ġej fil-ħin li ġej.

It-twissja tgħid, "Twissija ta' riħ qawwi. Tibdil fir-riħ minn dak previst: Il-Ġimgħa (illum) Forza 6 mix-Xlokk bejn 13:00 u 20:00. Is-Sibt Forza 6 sa kmieni filgħodu jnaqqas mal-jum u li jdur Majjistral forza 6 filgħaxija."

Huma jkomplu jgħidu, "Il-Ħadd Majjistral forza 6 li jinżel forza 5 sa filgħaxija. Aġġornat ħabba kjarifika. Dwar ix- xita għal lum għadha prevista speċjalment dalgħodu. Il-maltemp ser jintensifika fuq l-Italja. Dan kien aġġornament dwar il-bidla fir-riħ."


Emil Calleja Bayliss