Il-Premju Atlas Youth Athlete of the Month huwa inizjattiva konġunta bejn Atlas Insurance u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Din l-inizjattiva kontinwa tnediet proprju f’Jannar tas-sena 2020.

Cherise Farrugia and Graham Pellegrini - Ir-Rebbieħa Tal-Atlas Youth Athlete of the Month Award 2024 għax xahar ta' Frar

L-għan ta' dan il-premju huwa li jfaħħar l-isforzi tal-atleti żgħażagħ Maltin għall-kisbiet tagħhom u jħeġġeġ lill-atleti biex jistinkaw kemm jistgħu sabiex jitjiebu. Atlas insurance jemmnu tassew fil-ġenerazzjonijiet futuri u b'hekk huma kburin li jissponsorjaw din l-inizjattiva jipprovdu riżorsi lil kull wieħed mill-atleti rebbieħa biex jappoġġjaw l-isforzi tagħhom relatati mal-isports.

Thyis Antonelli - Ir-Rebbieħa Tal-Atlas Youth Athlete of the Year Award 2023

Riċentement ir-regoli u r-regolamenti tal-premju ġew emendati, li jippermettu għal 2 rebbieħa kull xahar; waħda għal kisbiet lokali u waħda għal dawk il-kisbiet barra minn xtutna. Dan jippermetti lil Atlas jagħraf aħjar kapaċitajiet differenti. L-atleti taħt il-21 sena jiġu vvutati minn panel ta’ tliet Ġurnalisti Sportivi Maltin li huma żgur esperti f'dan il-qasam.

Tenishia Thornton -r-Rebbieħa Tal-Atlas Youth Athlete of the Year Award 2022

Kull sena l-Atlas Youth Athlete of the Year Award jingħata lil wieħed mir-rebbieħ tal-Youth Athlete of the Month Award għal dik is-sena. Int ukoll tista' tinnomina lill-atletli li temmen jistħoqqilhom dan il-premju, wieħed jista' jagħmel dan billi jibgħat email fuq: [email protected].


Emil Calleja Bayliss