Waqt konverżazzjoni mat-tfajliet l-oħra, Soulayma spjegat kif fil-lejl ta' qabel, hi u Andriy biesu lil xulxin darbtejn.

Ammetiet li l-programm Love Island qed ibiddilha għaliex mhijiex it-tip ta' persuna li tagħmel hekk is-soltu. Għaldaqstant, qalet li, għalkemm ħadet pjaċir, qed tħossha qed tgħaġġel.

Stqarret ukoll li mhijiex ċerta jekk din il-konnessjoni hijiex fiżika biss. Jekk dak hu l-każ, hu m'hemmx emozzjoni involuta bejniethom, qalet li lesta tieħu pass lura.

Il-konverżazzjoni tat-tfajliet intemmet hekk kif Nicola rċeviet messaġġ mingħand it-tim tal-produzzjoni għal sfida li kellhom jagħmlu kollha.

Tistgħu taraw l-episodju tal-bieraħ HAWN.

TVMi.mt / Love Island


Bradley Cachia