Stephanie Chircop flimkien ma' Aaron Sciberras se jingħaqdu flimkien għas-sensiela bl-isem Ulied Ix-Xefaq. Il-fatt li żewġ persuni minn oqsma kemxejn differenti mhux ħażin se jingħaqdu għal sensiela televiżiva tqajjem ftit interess mhux ħażin!
Huma jiddiskrivu l-programm bħala, "Sensiela televiżiva eċċezzjonalment ġdida fejn naturalista u konsulent, espert u riċerkatur Arnold Sciberras u l-preżentatriċi u kantanta tat-televiżjoni Stephanie Chircop se jingħaqdu għall-avventura ta’ ħajjithom."
Huma jiktbu, "Nippjanaw bil-quddiem għal din l-avventura kbira! Fejn taħseb li sejrin? Fejn trid li fil-fatt mmorru nesploraw fi kwalunkwe parti tad-dinja? Forsi dan l-istaġun hi d-destinazzjoni li qed tfittex biex tiskopri."
Facebook / Ulied Ix-Xefaq