Ftit ilu skont l-istħarriġ għadu kemm tħabbar li Illum ma' Steph ġie vvutat bħala l-aktar programm magażin favorit mat-telespettaturi ta' TVM. Din hi mbuttatura li dejjem tagħti motivazzjoni u enerġija lil Steph biex tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha kull sena.

Steph ħalliet messaġġ ma' TVM fejn xtaqet tesprimi l-apprezzament tagħha. 

"Bħala telespettattriċi kif qed nara xi ħaġa u ma togħġobnix, nagħfas ir-remote u tlaqt. Allura meta intom tgħidu li jogħġobkom il-programm b'dan il-mod, inħossni vera fortunata. Din tfisser ħafna għalija, tfisser li dak ix-xogħol li nagħmel, ġieli qas ngħidlu xogħol, għax nagħmlu mill-qalb.... l-impenn ta' kuljum, ifisser li qed nagħmel xi ħaġa tajba. Hemm ħafna x'nista nagħmel aħjar, dik dejjem, imma Grazzi!"

Prosit Steph u nawgurawlek sajf mill-isbaħ!

Facebook/ Illum ma' Steph


Kyle Zarb