Il-paġna tal-Arkivji Nazzjonali taqsam ritratt mill-passat, ritratt storiku li tista' tgħid kien il-bidu ta' ħafna sensiliet fuq it-televiżjoni lokali. Wieħed fir-ritratt jista' jara wħud mill-aqwa atturi li kellna tul iż-żmien. Atturi li rajniehom f'diversi produzzjonijiet, kemm fuq il-palk u anke fuq it-televiżjoni.

Huma jiktbu, "F’Baħar Wieħed kienet l-ewwel teleserje bil-Malti fuq it-televiżjoni Maltija; l-ewwel episodju xxandar fit-18 ta’ Ottubru 1976. Il-cast kien magħmul minn (lemin għax-xellug) Lino Grech, Josephine Zammit Cordina, Ġemma Portelli, Tony Vella, Ineż Farrugia, Sandra Davies, Alfred Mallia, Karmen Azzopardi u Victor Grech."

Snin wara F'Baħar Wieħed reġa' ġie maħdum għat-televiżjoni u għal darb'oħra reġa' kiseb popolarità. Hawn xi ħadd li jiftakar is-sensiela oriġinali?

Facebook / The National Archives of Malta


Emil Calleja Bayliss