Waqt l-aħħar programm ta' Bundytime Helen Micallef irrakkuntat praspura li għamlet hi u ħuha Johnnie, meta ħarġu sal-kalkara tal-ġir, fejn kien ikun kollu għelieqi dak iż-żmien, u sabu tank mimli bl-ilma sa fuq.
Bejn bis-sħana ta' dakinhar u ta' tfal li kienu ddeċidew li jaqbżu fih! "Qbiżna ġo fih ngħumu, nċafċfu hemm ġol-ilma... kulħadd jistenniena d-dar, nofsinhar, is-siegħa, is-sagħtejn... kulħadd jinkwieta fejn morna u fejn spiċċajna," tirrakkonta Helen.
Meta marru lura Helen u ħuha Johnnie sabu lil missierhom jistenniehom, u twerwru. Johnnie ta' tifel li kien tela' jiġri fuq il-bejt. "Setgħet kienet traġedja!" kompliet Helen. Araw daqsxejn x'ivvinta reġa' Johnnie dakinhar u kemm beżgħu!