"Iżżewwiġt u wara sentejn mietli r-raġel Duminku u ħallieli tarbija li kellha biss 13-il jum. Wara xi snin iltqajt ma' Paul u ilna miżżewwġa 39 sena." Dan kien kliem l-attriċi Vivienne Caruana waqt il-programm Kuxjenza tal-bieraħ.

Fost oħrajn, Paul irrakkonta meta ltaqgħu: "Jien kont qed nagħmel play Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u kont dejjem ninżel minn Strada Merkanti. Strada Merkanti hemm il-knisja ta' San Duminku. Taħtha hemm sala, li jsejħulha l-kannierja." Kompla jispjega kif kien daħal f'dik is-sala u ra lil Vivienne għall-ewwel darba. "Ħadt grazzja magħha mal-ewwel. Vivienne kienet sabiħa u għadha sabiħa."

Araw l-istorja kollha tagħhom hawn:


Bradley Cachia