Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kitbet dwar waħda mill-mistednin li jmiss, personalità li forsi niftakruha anke mill-ewwel staġun ta' X Factor Malta - Ruth Xuereb. Ruth hi mara b'qalb tad-deheb li tħobb tesprimi l-istil tagħha bil-mod tagħha. 

"Tilbes il-parrokki b'ħafna kuluri u anki fjuri... tilbes ħwejjeġ stil artistiku li tiddisinja hi stess... u ssib min jidħak biha jew jinsulentaha. Kuxjenza ma' Ruth Xuereb. Mara dejjem bi tbissima u ma tagħmel ħsara lil ħadd. Għaliex it-tgħajjir?"

Maria tfakkar lit-telespettaturi li Kuxjenza jixxandar għada l-Ħamis 30 ta' Mejju fis-19:00 fuq TVM News+

Facebook/ Kuxjenza


Kyle Zarb