Ir-relazzjoni ta' Dale u Nicola tkompli tiġbed l-interess ta' dawk kollha li qed isgewu Love Island Malta. Ħafna kummenti jindikaw li l-attitudni ta' Dale u l-imġiba tiegħu ma' Nicola mhux qed jinżlu tajjeb mal-maġġoranza tat-telespettaturi li qed jikkummentaw bi ħġarhom fuq il-mezzi soċjali.

Fil-grupp pubbliku Love Island Malta Shitposting Community, staqew lil missier Nicola x'jaħseb dwar Dale u kif qed iġib ruħu. Richard Warr, missier il-parteċipanta, kulma qal hu, "Il-ħsibijiet tiegħi huma li spara lilu nnifsu f'siequ (spara f'saqajh hu stess), imma nista' nkun żbaljat, il-gurnata tajba lil kulħadd."

Diversi persuni fil-grupp faħħru lil Nicola u qalu jiddispjaċihom għaliha għax jixraqilha xi ħadd aħjar minnu. Fl-episodju tal-bieraħ, Dale qal lil Nicola li jixtieq isir jaf tfajliet oħrajn jekk ikun hemm xi ħadd jogħġbu u hi għandha tagħmel l-istess. Hu kien diżappuntat immens li Soulayma u Shanise anqas biss ikkunsidrawh għax qed f'koppja ma' Nicola. Dan il-punt Dale semmieh aktar minn darba fil-villa.

Nicola wriet li hi ddispjaċuta u wara diskussjoni twila, jidher li Dale qal lil Nicola li hemm bżonn taħseb eżatt xi trid hi. Fl-aħħar tal-episodju Dale jidher jgħid lil Nicola li jixtieq li jikkometti ruħu magħha 100 fil-100. Dan kien punt li wassal għal reazzjoni qawwija minn diversi telespettaturi għax qed iħossu li Dale qed jilgħab logħba u fl-istess ħin qed jilgħab bl-emozzjonijiet ta' Nicola.

Tant hu hekk li anke Chucky Bartolo li qed jinsab jikkummenta fuq Love Island Malta talab lit-telespettaturi biex ma jixħtux ir-remote lejn it-televiżjoni. Insomma, jekk tixtieq tara eżatt x'ġara lbieraħ idħol HAWN.

Facebook / Love Island Malta


Gwida.mt