Fil-bidu tal-episodju tal-bieraħ ta' Love Island, Andriy beda jispekula li Soulayma tixtieq titlef il-verġinità tagħha.

Spjega kemm tħobb itteftef fih, speċjalment fil-kamra tas-sodda. Ammetta wkoll ma' Gabriella li mhuwiex ċert jekk il-ħsieb tagħha huwiex li titlifha miegħu, iżda mill-mod kif tkellem, donnu qed jissuspetta li dan hu l-każ.

Waqt li qed jitkellem ma' Shanise u Chelsea, narawh jispjega kif Soulayma provat tbusu xi tliet darbiet f'ġurnata waħda. L-ewwel tmur biex tbusu fuq wiċċu mbagħad tipprova ddur għal xufftejh.

Tista' tara dan l-episodju HAWN.

TVMi.mt / Love Island


Gwida.mt