Minn nhar it-Tnejn 26 ta’ Settembru, fit-20:35, fuq ONE ser tibda tixxandar l-avventura l-ġdida ta’ HazZzard, bil-preżentazzjoni ta' Romina Genius Demanuele.
HazZzard jibda bis-sorpriżi hekk kif fl-għaxar edizzjoni, ser terġa tirritorna l-personalità ferm maħbuba mat-telespettaturi, Soraya Queen.
Wara l-esperjenza tagħha bħala parteċipanta fid-disa' edizzjoni, din is-sena Soraya Queen ser tkun qed tipparteċipa f’HazZzard fi rwol differenti. Minflok ser narawha liebsa l-uniformi ta’ HazZzard u tgħix l-avventura mal-parteċipanti l-oħra barra minn Malta.
Din id-darba ser narawha fl-aqwa tagħha fl-istudjo, liebsa eleganti, fi rwol ta’ opinjonista. Soraya Queen hija persuna b’ karattru ferrieħi u li żgur ma għandha bżonn ta' l-ebda introduzzjoni.
Hija persuna kif jghid il-Malti ‘Ta’ żaqqha f’ fommha’ u żgur li kelma mhux ser toqgħod tomgħodha u taħsibha darbtejn biex tesprimi l-opinjoni tagħha dwar dak li ser ikun qed jiġri waqt l-avventura.

Disinn u ħjata tal-libsa minn Carlos Scerri
Dwar il-programm ta' din is-sena
Kif wieħed jista' jara mill-parteċipanti t'hawn taħt, il-maġġoranza tagħhom huma tfajliet u nistgħu wkoll niżvelaw b'mod esklussiv li f'din l-edizzjoni ħa nkunu qed naraw personalità fil-programm.
Programm li ċertament bħal ma għamel fis-snin passati, ħa jżomm lit-telespettaturi jsewgu l-avventura ta' dawn il-parteċipanti. Min jaf liema karattri ħa jispikkaw din is-sena? Tul is-snin kellna diversi karattri li ġibdu tant u tant attenzjoni.
Kien il-programm li tista' tgħid serva ta' vetrina u nħolqu wkoll ċerti personalitajiet. Dawn huma l-parteċipanti ta' din is-sena.
- Panthea
- Lindsay
- Wendy
- Sue
- Janice
- Alison
- Monique
- Jeffrey
- Saviour
Min taħseb li għandu ċans jirbaħ l-għaxar edizzjoni ta' HazZzard?
