Dramm mistiku jiffoka fuq it-turmenti mentali u emottivi ta’ Sor Wistina li daħlet soru wara li rat lill-maħbub tagħha jegħreq u jmut traġikament, b’għajnjejha stess. It-trawma ta’ dan wasslitha biex titlef ir-raġuni tar-realtà, u qarrqet lilha nnifisha fejn bdiet tħawwad il-maħbub mejjet tagħha ma’ Ġesù Kristu nnifsu, iżda Wistina se ċċedi għall-passjonijiet tagħha? Għandna att wieħed biex niskopru dan.

Din hija ko-produzzjoni ta' Teatru Malta ma’ Heritage Malta u appoġġjat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u l-Kunsill Malti għall-Arti. Huma jgħidu wkoll, "Diġà ammettejna li s-soru għawwiema hija parti mill-kampanja promozzjonali tagħna, u issa qed nammettu dan ukoll. M’hemm l-ebda ħlas żejjed fuq kwalunkwe biljett li jinxtara għall-wirjiet tagħna."

Huma jżidu li dawn huma l-prezzijiet:

  • €5 (Taħt il-25 sena)
  • €20 (Prezz standard)
  • €15 (Anzjani/ Persuni b’diżabilità/ Blood Donors)
  • €30 (Skont tal-anniversarju - ixtri biljett kemm għal Il-Fidwa tal-Bdiewa kif ukoll għal L-Għarusa għal EUR 30 u ffranka EUR 10)

Dawk kollha li jixtiequ li jmorru jaraw din il-produzzjoni jistgħu jaqgħtu l-biljetti tagħhom billi jidħlu HAWN


Emil Calleja Bayliss