Ilbieraħ rajna l-ewwel eliminazzjoni doppja fuq MasterChef Malta, Sam u Pia ħallew il-kompetizzjoni wara li ma rnexxielhomx jimpressjonaw lill-ġurija ta' MasterChef Malta fl-isfida tat-tuffieħ!

Ħafna kienu ilhom jgħidu li Pia għandha tinqala' mill-kompetizzjoni iżda l-kokijiet professjonali dejjem dehrilhom li l-platti li għamlet kienu biżżejjed biex tibqa' fil-kompetizzjoni. Huma kienu qed iduqu dawn il-platti u b'hekk żgur li kienu jaf aktar dwar il-kapaċitajiet tagħha. Pia kienet it-tieni waħda li ġiet eliminata u ħasset li kien wasal iż-żmien li ttemm l-avventura tagħha.

L-ewwel persuna eliminat ma kien ħadd ħlief Sam. Lil Sam rajnieh jirbaħ l-immunity pin, iżda kellu jċedih biex isalva ruħu f'waħda mill-isfidi fejn kien hemm eliminazzjoni marbuta magħha. Kellu mumenti fejn il-platti tiegħu ħallew impressjoni pożittiva fuq il-kokijiet professjonali iżda kien hemm mumenti li l-platti tiegħu ma impressjonaw xejn u lbieraħ kienet waħda minn dawk il-ġranet.

Issa fadal erba' parteċipanti biss. Dawn huma: Nicholas, David, Ray George u Ivan. Għandek xi favorit?


Emil Calleja Bayliss