Wara ftit minuti ta' stennija, b'ħafna jispiċċaw isegwu l-programm Xtra sakemm qed jistennew Love Island Malta, kompliet l-avventura tal-koppji ta' dan il-programm. Mill-ewwel deher li ħa jkun programm mimli bi ftit minn kollox.

Fl-aħħar parti tal-ewwel programm ġie żvelat li ħa jidħol bombshell fid-dar, iżda qabel il-wasla ta' Andriy kellna l-ewwel bewsa tas-sensiela. Bewsa bejn Nicola u Dale. Dale kien qed jitkellem mal-ġuvintur l-għada fejn żvela li kellhom l-ewwel bewsa u meta dawn staqsewh kif ħassu, Dale bla tlaqliq ta' xejn qallhom, "Sħun hu."

Nicola żvelat li kienet bewsa mill-aqwa iżda xoffa ma' xoffa kienet biss u xejn aktar. Għalkemm stqarret li ma tistax tgerger għax Dale jaf ibus. Insomma... din żgur ħa tkun waħda minn ħafna affarijiet li se jiġru għall-ewwel darba fuq Love Island Malta.

Ilbieraħ, għall-ewwel darba wkoll daħal fid-dar Andriy, li jidher li hu l-kaġun tal-ewwel separazzjoni fid-dar ta' Love Island Malta u minħabba f'hekk jidher li hemm l-iżvilupp ta' koppja ġdida wkoll.

Qegħdin isegwu l-intriċċi u dak kollu li għaddej f'Love Island? Wieħed jista' jsegwi l-episodju tal-bieraħ billi jidħol HAWN.

TVM - Love Island Malta


Gwida.mt