Fl-episodju ta' jumejn ilu rajna l-parteċipanti jagħmlu sfida u fejn jiddeċiedu li ma jwieġbux iridu jieklu galletta bil-famuż hot sauce. Kellna diversi reazzjonijiet tad-daħk iżda grazzi għall-famuż hot sauce, huma ħarbu milli jwieġbu numru ta' mistoqsijiet. Uħud minnhom personali, uħud imbarazzanti u wħud kienu se jiżvelaw xi ħaġa li l-parteċipanti ma xtaqux.

Insomma, Dale kien wieħed mill-vittmi tal-hot sauce u jidher li hot sauce niżel ma' geddumu u filgħaxija spiċċa kellu jagħmel ftit ingwent ma' geddumu minħabba li probabbli kien qed isofri minn ħruq esaġerat u affettwalu l-ġilda ta' wiċċu.

Ifhem praspar li żgur li lkoll għamina jew għadna nagħmlu biex ngħaddu siegħa żmien ma' sħabna u mal-familjari tagħna. Aħna qabditna kurżità jekk qattx spiċċajtu bħal Dale wara li kiltu jew għamiltu xi sfida bil-hot sauce! Għidulna fil-kummenti tagħna.

Wieħed jista' jara l-episodju tal-bieraħ billi jidħol HAWN.


Gwida.mt