Il-Membru Parlamentari Toni Bezzina ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li għadu kif għamel operazzjoni, li jidher kienet relatata mal-irkoppa. Dan joħroġ minn ritratt li qasam fejn tidher din il-parti tal-ġisem, flimkien ma’ messaġġ qasir iżda ċar li juri l-ottimiżmu tiegħu hekk kif jidħol fil-fażi ta’ rkupru.
Fil-messaġġ tiegħu, Bezzina kiteb: "Oħra lesta. Refit ġenerali. Grazzi lill-familja tiegħi, lil Mr. Massimo Abela, lil Mr. Pisani, lill-istaff kollu ta’ St. James Hospital (Sliema), kollegi, ħbieb u kostitwenti. Jekk Alla jrid, lura full blast għar-rutina tas-soltu wara ftit jiem ta' rkupru."
Dan juri li l-intervent mediku għadda b’suċċess u li Bezzina jinsab determinat li jerġa’ lura għall-ħidma tiegħu kemm jista’ jkun malajr. Huwa esprima rikonoxximent speċjali lejn dawk li tawh l-appoġġ – mill-professjonisti mediċi sal-familja u l-kostitwenti tiegħu.
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida, nawguraw lill-Onor. Toni Bezzina fejqan ta’ malajr u irkupru mingħajr komplikazzjonijiet. Nittamawh lura għar-rutina tiegħu b’saħħa u enerġija ġdida fi żmien qasir.
Facebook / Perit Toni Bezzina