Love Island Malta, il-programm fejn numru ta' tfajliet u ġuvintur daħlu sabiex isibu l-imħabba. Waħda mill-koppji li ilhom flimkien mill-bidu tal-programm huma Dale u Nicola. Koppja li ġibdet l-attenzjoni ta' bosta nies, primarjament minħabba Dale u l-affarijiet li qal kemm ilhom maqfula fil-villa flimkien.

F'żewġ votazzjonijiet tal-pubbliku, Dale u Nicola qatt ma kienu fost il-favoriti u ħafna nies barra l-villa jemmnu li Dale qed iżomm lil Nicola lura. Iżda, ilbieraħ it-tfajliet kellhom sfida interessanti. Huma ġew mitluba sabiex ibusu l-ġuvintur, però l-ġuvintur kellhom għajnejhom mgħottija u l-headphones ġo widnejhom allura ma setgħux ikunu jafu min qed ibushom.

Setgħu biss jaqgħtu min jaħsbu li qed ibushom. L-isfida intrebħet minn Nicola li ġie vvotata mill-ġuvintur kollha bħala l-aktar waħda li taf tbus. Għal din l-isfida, Nicola tat kollox. Hija għamlet dan għal waħda minn żewġ raġunijiet, sakemm mhux it-tnejn f'daqqa. Riedet tinki u tagħti xi forma ta' risposta lil Dale, jew inkella għax xtaqet tirbaħ din l-isfida akkost ta' kollox.

Insomma, Dale xejn ma ħa gost li Nicola għamlet ħilitha fi sfida bħal din u donnu wara li rebħet beda jgħaddi rimarki u botti biex juri li ma kien kuntent xejn bl-aġir u l-attitudni tagħha. Mill-banda l-oħra, it-tfajliet u l-ġuvintur bdew jgħidu lil Nicola li hi m'għamlet xejn ħażin u kienet sempliċiment logħba iżda hi kompliet tirrifletti u qalet li Dale donnu dejjem jara x'ħa jsib biex jibda argument.

Hi tħoss li ma tista' tagħmel xejn bih għax dejjem ħa jsib xi ħaġa xi jgħid! Tgħid wasal iż-żmien li tesplora possibiltajiet oħrajn u relazzjonijiet ma' ġuvintur oħra?

Araw il-konversazzjoni li kellhom fl-aħħar tal-programm tal-bieraħ HAWN. Jekk tridu ssegwu l-programm sħiħ idħlu HAWN


Gwida.mt