Illum tiċċelebra għeluq sninha, l-artista tal-irtokk Diane Nikolic. Fuq il-mezzi soċjali tagħha, hi qasmet ritratt mar-raġel tagħha, l-attur Ray Attard, filwaqt li qasmet messaġġ qasir f'dan il-jum li hu tassew għażiż u speċjali għaliha.

Hi kitbet, "Hahaha ma nistax nemmen! 55 illum !!! 37 sena ilu ftaħt l-ewwel salon tas-sbuħija tiegħi, iż-żmien verament itir."

Diane żżid, "Nista' nagħtikom xi kliem ta' għerf mingħand anzjana. 'Tistenniex li jiġru l-affarijiet... għamluhom iseħħu.' Grazzi kbira lil żewġi għażiż, Ray Attard li jwettaq il-ħolm tiegħi kollu."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlek l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollok jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbek. Awguri Diane - illum u dejjem!

Facebook / Diane Nikolic


Emil Calleja Bayliss