Sven, il-ġuvni li seraq qalb kulħadd minħabba l-fatt li fetaħ qalbu u hu ċar li lil Gabrielle hu beda jħobbha, iżda mhux kollox sejjer ward u żahar għalihom. It-tfajliet kollha qablu meta Chelsea qalet li kollha li huma għandhom bżonn lil xi ħadd bħal Sven bħala ġuvni allura hija kemxejn sorprendenti li hemm il-problemi bejn din il-koppja.

Ftit qabel ma' sar l-irkuppjar, Sven u Gabrielle kienu donnhom qed jevitaw lil xulxin u qed jistennew lil xulxin biex jitkellmu. Sven wera biċ-ċar lil Gabrielle li ddejjaq meta beżqet l-ilma f'wiċċu iżda din reġgħat għamiltha. It-tfajlijiet donnhom fehmu lil Sven u fehmu għaliex hu kien irrabjat għal dak li seħħ iżda Gabrielle baqgħet tinsisti li hu għandu jmur ikellimha.

Sven qiegħed f'punt li qed jaħseb jekk Gabrielle mhux ħa tilħaq kompromess kif qed jipprova jagħmel hu, forsi ma għandhomx futur flimkien. Gabrielle għaddielha wkoll l-istess ħsieb.

Taħsbu li jibqgħu flimkien jew ħa jħarsu lejn possibilitajiet oħra?

Wieħed jista' jara l-episodju tal-bieraħ billi jidħol HAWN.

TVM / Love Island Malta


Gwida.mt