Il-kantanta lokali u l-ambaxxatriċi għal Malta fil-Eurovision Song Contest 2024, Sarah Bonnici, għadha kemm waslet lura Malta. Kellha vjaġġ twil li ċertament tgħallmet ħafna minnu u li għamlet lil Malta u Għawdex kollha kburin biha. 

Mal-wasla ta' Sarah l-ajruport sabet lil sħabha l-kantanti lesti biex jagħtuha merħba. Fosthom kien hemm Ryan Hili, Matt Blxck, Shauna Vassallo, Timea Farr, u Miriana Conte. Min jaf kemm għandhom x'tgħidilhom u x'tirrakkuntalhom wara din l-esperjenza!

Taha l-merħba anke l-Ministru Owen Bonnici li anka ferħliha għall-isem sabiħ li tat lil pajjiżna fil-Eurovision. "Verament ħadt gost nilqa' lill-kantanta bravissima Sarah Bonnici lura f'pajjiżna wara l-prestazzjoni mill-aqwa li tat fil-Eurovision Song Contest. Sarah, aħna kburin bik!"

Araw il-mument ħelu meta tawha merħba!

Facebook/ Owen Bonnici


Kyle Zarb