Ilbieraħ, il-Membru Parlamentari Graziella Galea u r-raġel tagħha Clayton Tanti Gregoraci, iċċelebraw is-seba' anniversarju tagħhom minn meta qalu iva lil xulxin għal dejjem. Jum li żgur li jġib ħafna memorji għall-familja tagħhom, qraba u ħbieb tal-qalb. 

Hi kitbet, "L-anniversarju t-tajjeb lill-imħabba tiegħi Clayton. Seba’ snin minn meta għadna iva lil xulxun. Grazzi talli int li int. Grazzi talli tħobbni kif tħobbni int."

Clayton jikteb, "7 snin illum! 7 snin ta' nżul u tlajja li kull koppja jkollha dejjem, iżda huma 7 snin ta' mħabba. Minħabba l-ħajja impenjattiva tagħna ma stajniex niċċelebraw dan il-jum. Nistennew il-waqt li nkunu nistgħu niċċelebrawh f'ġurnata oħra. Grazzi ta' kollox."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nixtiqulhom ħajja feliċi flimkien.

Facebook / Graziella Galea


Emil Calleja Bayliss