Ilbieraħ fuq Love Island Malta kien hemm l-irkuppjar u l-poter din id-darba kien f'idejn it-tfajliet għalkemm Timmy bħala l-bombshell kellu ċ-ċans li jibda hu u għażel lil Shanise. Minn dak il-punt 'il quddiem, il-ballun dar f'idejn it-tfajliet.

Ma kellniex wisq sorpriżi wara li Timmy għażel lil Shanise iżda l-episodju tal-bieraħ waqaf eżatt qabel Nicola għamlet l-għażla tagħha bejn Dale u Andriy. Tul l-episodju tal-bieraħ rajna lil Nicola ssir taf aktar mill-qrib lil Andriy u saħansitra kellha ċ-ċans li tmur date miegħu wara li rebħet l-isfida tal-bews.

Bejn Nicola u Dale jidher li hemm xi ftit kwistjonijiet minħabba li hi qiegħda tħoss li tagħmel x'tagħmel, Dale dejjem ħa jsib xi ħaġa sabiex igerger fuqha u b'hekk mhux qed tħossha daqstant komda. Huma tkellmu fuq din il-kwistjoni u Dale skuża ruħu iżda donnu li din xi ħaġa li qed tibqa' tirrepeti ruħha.

Kieku int Nicola tagħżel lil Andriy jew inkella terġa' tagħtu ċans ieħor lil Dale?

Biex tara l-episodju tal-bieraħ ta' Love Island Malta idħol HAWN.


Gwida.mt