Id-drama dejjem kienet popolari u għal qalb il-Maltin u Għawdxin. Tul is-snin rajna diversi karattri differenti iżda jkollna nistqarru li l-Maltin jieħdu grazzja ma' karattri li jkunu kemxejn żbukkati u dak li jħossu jgħiduh.

Grazzi għal dawn il-karattri, l-atturi u s-sensiliet partikolari jiksbu popolarità mat-telespettatur. Il-paġna ta' TVM bħalissa qed tistaqsi liem karattru temmnu li hu l-aktar żbukkat. Huma jagħmlu lista ta' erba' karattri:

  • Doris, parti maħduma minn Mary Rose Mallia, mis-sensiela Ronnie
  • Rosie, parti maħduma minn Manolita Galea, mis-sensiela Deċeduti
  • Gerit, parti maħduma minn Theresa Gauci, mis-sensiela Ta' Gerit
  • Lilly, parti maħduma minn Deandra Agius, mis-sensiela Strada Stretta

Għidulna x'taħsbu! Kont żżidu xi karattru ieħor intom?


Emil Calleja Bayliss