Ilbieraħ segwejna l-bidu tat-tieni staġun ta' Love Island Malta, fejn għandna l-ewwel erba' koppji għal dan l-istaġun. Il-koppji ffurmaw skont l-għażla tagħhom stess, kif ukoll bl-għażla tal-pubbliku permezz tal-App.

Love Island Malta Koppji

Ritratt: TVMi/ Love Island Malta

Il-vot tal-pubbliku seta' biddel kollox, iżda ma kienx il-każ! Il-koppji huma Clinton u Racquel, Jake u Kyra, Alessandro u Ylenia, Kyonne u Kyannah kif ukoll Matthias u Vanessa. Il-parteċipanti diġà kellhom l-ewwel logħba bejniethom, Verità jew Sfida.

B'sorpriża għal kulħadd, ilbieraħ daħal anke l-ewwel bombshell! X'taħsbu mill-koppji u min tħossu li hemm ċans li jibqa' għal tul ta' żmien?

Facebook/ Love Island Malta


Gwida.mt