Fit-12-il episodju tar-raba' staġun ta' Iċ-Ċaqqufa kellna r-ritorn tal-karattri Gabriel, Sara u Anġlu, mis-sensiela ANĠLI. Fil-fatt l-uffiċjali kellhom każ jaħraq ieħor hekk kif minn filmat intebħu b'xi periklu li kien hemm fl-isptar mentali.

It-tim ta' Iċ-Ċaqqufa kiteb dwar ir-ritorna tagħhom. "Kien ta' unur li nilqgħu fuq is-set ta' Iċ-Ċaqqufa lill-ANĠLI, Gabriel u Sera kif ukoll Anglu li sar Maġistrat." Din hi meqjusa bħala cross-over bejn żewġ sensiliet, hekk kif bħal Iċ-Ċaqqufa, ANĠLI hi wkoll produzzjoni ta' Watermelon Media.

Fadal issa biss tliet episodji mir-raba' sensiela ta' Iċ-Ċaqqufa, u għaldaqstant l-istorja qiegħda toqrob lejn it-tmiem tagħha għal darb'oħra. Prosit lill-kast u l-kru kollu! Infakkrukom li tistgħu issegwu Iċ-Ċaqqufa kull nhar ta' Tnejn fuq TOKIS/ GO TV fid-21:00. 

Facebook/ Iċ-Ċaqqufa


Kyle Zarb