Il-preżentatur Kevin Mercieca qasam ħsieb fuq il-profil tiegħu li tassew fih x'tomgħod. Kevin jikteb dwar il-popolazzjoni Maltija u ż-żieda kbira li esperjenzajna f'dawn l-aħħar snin.

"Bejn l-1842 u l-2020 fil-Gżejjer Maltin saru b’kollox 17-il ċensiment. L-ewwel ċensiment sar fl-1842 filwaqt li l-aktar ċensiment riċenti kien dak tal-2011. Iċ-ċensiment li jmiss ser issir mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika din is-sena, f’Ottubru li ġej." Kif Kevin isemmi wkoll, sal-2020 kien hemm żieda ta' eluf fil-popolazzjoni, bil-Covid-19 tibdel kollox minħabba n-nuqqas ta' imigrazzjoni ekonomika.

Il-popolazzjoni tad-dinja kollha hi mbassra li tilħaq kważi l-għaxart elef sa tletin sena oħra. "Skond il-Bank Dinji fl-aħħar 40 sena kien hemm żieda mgħaġġla fin-numru ta’ immigranti li daħlu fil-pajjiżi li jinsabu fil-punent u fil-lvant tal-Ewropa. Fil-Gżejjer Maltin, partikolarment fl-aħħar snin bejn l-2013 u l-2018 rajna żieda qawwija ta’ immigranti ekonomiċi li ġew jaħdmu f’pajjiżna."

Punt tajjeb ħafna li jsemmi Kevin hu l-importanza li l-gżejjer Maltin ma jiddependux biss fuq il-ħaddiem li jiġi minn pajjiżi oħra. Hemm bżonn li jkollna iżjed ħaddiema lokali, li jistgħu ikomplu dak li bdew l-anzjani tal-lum. "B’hekk wieħed irid jara li għall-futur jkun hemm ħaddiema lokali li jistgħu jieħdu post il-Maltin u l-Għawdxin li qed jaħdmu bħalissa. Għaldaqstant, irid ikun hemm pjan biex ir-rata tat-twelid fost il-Maltin u Għawdxin tiżdied gradwalment, aktar u aktar meta nafu li llum l-anzjani qed jgħixu ħajja itwal minn qabel."

Kevin isemmi anke l-idea ta' pjan strateġiku fit-tul, liema pjan ma jkomplix iżid aktar domani li jinħolqu miż-żieda drastika fil-popolazzjoni. Eżempju wieħed huwa d-domanda tal-bini, li qed jaffettwa kemm lill-poplu nnifsu, l-aktar lill-ġenerazzjoni żagħżugħa, kif ukoll lill-ambjent. "ereżempju, it-tkabbir fil-popolazzjoni żiedet id-domanda għall-bini bil-konsegwenza li l-prezzijiet tal-bini żdiedu wisq għalina ż-żgħażagħ, ċertu bliet u rħula nbidlu kompletament minħabba l-ħtieġa għal aktar żvillup u żdiedet ħafna l-problema tal-parking. L-istess fejn jidħol l-ambjent naturali u rikreazzjonali, dan ħa daqqa ta’ ħarta matul is-snin għax kien hemm il-ħtieġa għal aktar bini minħabba li l-popolazzjoni kibret b’mod sinifikanti u anki minħabba policies u pjannijiet lokali li saru fil-passat, partikolarment tal-2006)."

Kevin jissuġġerixxi tkabbir gradwali tal-popolazzjoni - b'hekk biss hemm ċans li jiġu solvuti dawn id-diffikultajiet li qed naffaċċjaw,


Kyle Zarb