Wara r-riflessjoni dwar il-programm, Cruyff fuq il-mezzi soċjali tiegħu jaqsam ritratt li żgur ifisser id-dinja għalih. Miegħu jikteb, "Wara ġimgħat bogħod fuq Love Island Malta Staġun 3… wasal il-mument li kont qed nistenna bil-ħerqa."
Hu jżid, "Ħadd ma jifhem is-sens ta’ paċi li ħassejt meta erġajt rajt lil ibni f’dirgħajja, dik it-tbissima… il-qalb tiegħi reġgħet imliet. Il-programm tani esperjenza li ma ninsa qatt, imma dan il-mument… l-isbah mument ghalija."
Id-daħka tal-għażiż ibnu tixhed il-ferħ li qed iħoss. Min jaf x'ħass wara li missieru ħareġ mill-villa ta' Love Island Malta!